Ħajja kwieta għal Rooney fl-Amerka

L-eks keptin ta’ Manchester United, Wayne Rooney u l-mara tiegħu, Coleen dehru jimxu mat-tfal qabel ma wasluhom l-iskola. Wara li t-tfal daħlu fl-iskola l-ġdida fl-Amerka, li se jkunu qed jattendu fiha għal din is-sena, Wayne u martu marru jduru l-ħwienet.

Din hija ħajja tipika għal kull familja, iżda għall-familja Rooney, li għadhom kemm bdew ħajja ġdida fl-Amerka, din hija xi ħaġa kompletament ġdida għalihom. Lura f’darhom, fl-Ingilterra, il-koppja kienet tiġi nvażata b’bosta segwaċi tagħhom malli tirfes fix-shopping centre ta’ Manchester.

Iżda fl-Amerka ħadd ma ta’ kashom sakemm kienu qed iduru u jagħmlu xi qadjiet.