Hairdresser b’multa minħabba ksur tar-regoli

Read in English.

Persuna li taħdem bħala hairdresser ingħatat multa talli baqgħet taħdem minkejja li dan imur kontra l-liġi.

Fuq Facebook il-Pulizija rringrazzjat lill-maġġoranza tan-nies li qed jobdu r-regoli u li qed jibqgħu d-dar minkejja t-temp sabiħ. Dan minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Skont il-Pulizija llum 34 persuna laqqtu multa għaliex kienu fi gruppi ta’ erba’ persuni jew aktar. Persuna li taħdem bħala hairdresser ġiet immultata peress li kienet qed taħdem “b’mod illegalli wara bibien magħluqa.”

Il-Pulizija qalet li r-rondi se jkomplu għada, Jum il-Għid. Appellat lin-nies biex jibqgħu d-dar.

This evening we would like to thank the majority of the public who are abiding by the regulations and are avoiding going…

Posted by The Malta Police Force on Saturday, April 11, 2020

Fl-aġġornament dwar il-coronavirus, il-Gvern qal li persuna waħda nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fil-272-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Il-Gvern qal li Malta dieħla għal ġimagħtejn kruċjali ħafna.

“F’dawn il-jiem tal-Għid u l-ġranet ta’ wara, għandna għażla sempliċi quddiemna. Jew naġixxu b’dixxiplina u responsabbiltà fuq id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, jew ikollhom idaħħlu miżuri iktar riġidi biex titħares is-saħħa pubblika,” qal il-Gvern.

The fight against Covid-19 depends on OUR behaviour and actions. It does not distinguish between race, colour, religion…

Posted by Malta Red Cross on Saturday, April 11, 2020

Night patrol through the streets of what used to be one of the most hectic and busiest locations & which lately turned…

Posted by The Malta Police Force on Saturday, April 11, 2020