“Ħaġa waħda biss se taħdem mal-Korea ta’ Fuq” – Trump

“Ħaġa waħda biss se taħdem” mal-Korea ta’ Fuq.
Hekk kiteb fuq Twitter il-President Amerikan Donald Trump waqt li fakkar li snin twal ta’ diskussjonijiet ma’ Pyongyang ma ħallew l-ebda riżultati.
Huwa fakkar li President wara l-ieħor ilhom 25 sena jipprovaw jinnegozjaw mal-Korea ta’ Fuq, iżda dan “qatt ma ħadem.”

//platform.twitter.com/widgets.js

Kien għalhekk li qal li “ħaġa waħda biss se taħdem,” għalkemm ma qalx x’inhi din il-ħaġa.

//platform.twitter.com/widgets.js

It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kibret fl-aħħar xhur wara li l-Korea ta’ Fuq wettqet prova nukleari waħda wara l-oħra u l-Istati Uniti wieġbet b’sanzjonijet dejjem iżjed ħarxa.
Waqt l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Trump kien wissa li l-Istati Uniti lesti biex ifarrku lill-Korea ta’ Fuq jekk ikun hemm in-neċċessità.