Ħafna rawhom. Inti rajthom?

Ħafna rawhom. Inti rajthom? X'inhuma eżatt? Tgħid jitilqu bil-wipers?
Dawn kienu wħud mill-ħsibijiet li probabbli xufiera ħasbu dalgħodu waqt li kienu għaddejjin minn Triq Dun Karm f'Birkirkara.
Dan hekk kif dalgħodu vettura li kienet qed iġġorr il-karti b'xi mod dawn tarulha jew waqgħu minn ġo fiha.
Riżultat ta' dan inħolqot konġestjoni tat-traffiku hekk kif dawn kienu ta' periklu ghax kienu qed jostakolaw uħud mix-xufiera hekk kif kienu qed itiru mar-riħ, b'xi wħud jostakolaw il-il-windscreens.
Fuq il-post marru l-Pulizija biex ħadu ħsieb neħħew u ġabru l-karti mdaqqsa biex jitneħħa kull periklu għas-sewwieqa.
Ritratt:MRTU