Read in English.
L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech irrimarka li hawn ħafna miġġildin ma’ xulxin għax kulħadd moħħu fl-interess personali tiegħu.
Waqt l-omelija fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur, l-Isqof Grech tkellem dwar il-problema tal-“jien” fis-soċjetà moderna. Semma kif hemm min jagħmel karità jew jaġixxi ta’ Nisrani fid-deher biss, għax li jkun qed jagħmel biex jagħlef il-jien tiegħu.
L-Isqof kompla jgħid li hi l-missjoni tas-saċerdoti li jingħataw lill-oħrajn.
L-anniversarji kkommemorati f’din il-quddiesa, dawk tal-Kan. Ġużepp Muscat, il-Kan. Charles Vella, u Sr Ġuljana Portelli, kollha jiċċelebraw ħajja reliġjuża li fiha ġie ssagrifikat il-“jien.”