“Ħafna jħossuhom irrabjati, iddispjaċuti u ttraduti”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Barolo, li ilu għal dawn l-aħħar jiem juża l-mezzi soċjali sabiex iwassal il-ħsibijiet tiegħu dwar dak li għaddej fil-pajjiż, speċikament fil-Partit Laburista, għal darb’oħra wassal messaġġ li jqanqal, sbieħ il-Ġimgħa filgħodu, sigħat wara li ntemmet il-laqgħa straordinarja tal-Kabinett. 

Wieħed seta’ jinnota li l-Ministru Bartolo ma kienx preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret għall-ħabta tat-3am, fejn tħabbar li ġie deċiż li n-negozjant Yorgen Fenech mhux se jingħata l-maħfra presidenzjali fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Huwa qal li “b’dak li ġara u b’li qed insiru nafu, hawn ħafna persuni konfużi, mitlufa, irrabjati, dispjaċuti u jħossuhom ittraduti”.

Saħaq ukoll li l-poplu għandu “ħafna u ħafna u ħafna” x’jitgħallem minn dak li ġara. Il-Ministru tenna wkoll li l-poplu Malti għandu ħafna tajjeb u li “nistghu nagħmlu pajjizna aħjar”. 

Fl-aħħar sellem billi wassal lis-segwaċi tiegħu l-jum it-tajjeb, iżda wissa “jekk nagħmluh tajjeb”.  

Sadanittant, ħafna nies ikkummentaw fuq dan il-messaġġ billi esprimew l-appoġġ jew iddistanzjaw ruħhom mill-kontenut. Messaġġi bħal:

“Stand up and be counted. We voted you into parliament to take a stand not to be a cowardly poet and an accomplice”

“Int bis-serjeta! Malta spiċċat. Qed ngħixu dittatura. You represent the people with your seat in parliament and what do you do? Morning “pause for thoughts”. U hallina. Ma Nafx kif torqdu bil-lejl. Mr. Bartolo GOD IS WATCHING!”

“Bonġu ,prosit Evarist kummenti ghaqlin b responsabilità”

“Nies bħalek irridu jmexxu lil pajjiż u mhux li hawn bħalissa sur Ministru ghax int ragel fuq lirgil ghax taffaċċja r-realta u mux tahrab minnha !! Bongu.”