​Ħafna gowls fil-Futbol Femminili

Numru kbir ta’ gowls f’kull partita kemm fl-ewwel u kemm fit-tieni divizjoni tal-futbol femminili.
Mill-ewwel diviżjoni, Gozo għelbu lil Raiders Luxol bl-iskor ta’ 6-1.
B’din ir-rebħa Gozo jibqgħu fir-raba’ post b’21 punt u tliet punti wara Mgarr United.
Hibernians ikomplu jgawdu l-ewwel post bi 33 u bi tliet punti vantaġġ, meta għelbu lil Kirkop United bl-iskor ta’ 4-0.
Skor identiku ta’ 4-0 għal Birkirkara li wara t-telfa li ħadu mingħand Mgarr l-ġimgħa l-oħra, irritornaw għar-rebħ fuq Pembroke Athleta.
 
Mit-tieni diviżjoni dro interessanti ta’ 2-2 bejn Tarxien Rainbows u Hamrun Spartans.
Tarxien Rainbows baqgħu fl-ewwel post b’27 punt segwiti mill-istess Hamrun Spartans bi 22 punt.
Fl-aħħarnett Fgura United ġabu fix-xejn lil Vittoriosa Stars meta fl-ewwel taqsima kienu 5-0 minn fuq u għalqu l-partita bi 3 gowls oħra.
Fgura United issa qed jaqsmu t-tieni post ma’ Hamrun Spartans.
Vittoriosa Stars u Lija/Iklin baqgħu maqtugħin għalihom fil-qiegħ b’erba’ punti.
Hamrun Spartans u Vittoriosa Stars lagħbu żewġ logħbiet anqas.