“Ħafna drabi naħsbu li d-dinja ddur madwarna” – Andrè Penza

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Bernard Falzon u l-attur André Penza.

Il-qari tal-ġurnata

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.