Ħaffef jekk qed tippjana safra bejn Settembru u Jannar

Jekk qed tippjana vaganza bejn Settembru u Jannar, ħaffef biex tibbukja mar-Ryanair.
Il-linja tal-ajru nediet sale li se jibqa’ miftuħ biss jumejn.
Fi stqarrija, Ryanair spjegat li nediet Big Freeze sale fuq 500,000 post fuq l-ajruplani tagħha, bil-prezzijiet jibdew minn €14.99 biss.
L-offerta se tibqa’ miftuħa sa għada f’nofsilejl.