Read in English.
Lord Michael Ashcroft, miljunarju u wieħed mid-donaturi tal-Partit Konservattiv fir-Renju Unit, qal li Malta tirrapreżenta l-aqwa destinazzjoni għall-kumpaniji fir-Renju Unit li jridu bażi fl-Unjoni Ewropea wara Brexit. Ashcroft kiteb dan fuq is-sit ConservativeHome.com. Huwa qal li għandu ammirazzjoni kbira għall-pajjiż.
Ashcroft semma fil-qosor l-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.
Huwa kien wieħed minn dawk favur lir-Renju Unit ma tibqax parti mill-UE, u saħaq li għadu u jibqa’ favur Brexit, iżda jifhem l-esiġenzi tal-kumpaniji li għandhom bżonn bażi fl-UE biex ikomplu joperaw “f’perjodi ta’ inċertezza” li se tkun qed tikkawża l-Brexit. L-eks deputat mexxej tal-Partit Konservattiv huwa wkoll negozjant b’interessi varji ta’ negozju f’Belize. Huwa għandu wkoll iċ-ċittadinanza tal-Belize.