Ħaddiema “vulnerabbli” maċ-ċivil tgħid li mhix titħalla taħdem mid-dar

Aġġornat 09:08 AM

Read in English.

Minkejja li l-kap tas-servizz pubbliku repetutament enfasizza lil-użu tat-teleworking ma tneħħix fil-qasam pubbliku – anke meta l-miżuri tal-coronavirus kienu ttaffew – ħaddiema ċivili li hija vulnerabbli qed tgħid mod ieħor.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-UĦM Voice of the Workers kienet ħeġġet lis-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar biex jagħti opportunità lis-servjenti ċivili biex jaħdmu mid-dar kull meta dan ikun possibbli biex tkun limitata l-firxa tal-coronavirus. Il-UĦM għadha qed titlob għat-teleworking ladarba l-każi reġgħu qed jiżdiedu. Iżda, b’risposta għal dan, l-Uffiċċju tal-PPS emfasizza li t-telework la kien tneħħa u lanqas twaqqaf.

It-tweġiba tas-servizz pubbliku wasslet sabiex ħaddiem ċivili jikkuntattja lil Newsbook.com.mt biex tgħid kif is-sitwazzjoni tagħha turi stampa differenti. Minkejja li hi tikklassifika bħala vulnerabbli fejn jidħol il-coronavirus, it-talbiet tagħha biex taħdem mid-dar dejjem baqgħu jiġu rrifjutati. Dan wara li f’Ġunju li għada d-dipartiment tagħha rritorna jaħdem mill-uffiċċju.

“Huwa importanti li wieħed jinnota li fil-bidu tal-pandemija konnha qed naħdmu kollha b’mod remot mingħajr l-ebda problema,” qalet il-mara. Hi spjegat li għadd ta’ kollegi oħrajn tagħha ma tħallewx jaħdmu bit-teleworking ukoll.

“Ninsab ferm iddispjaċuta b’din is-sitwazzjoni għax kemm il-Prim Ministru kif ukoll is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika insistew li l-vulnerabbli għandhom dejjem ikunu protetti,” qalet il-mara. Imma fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet mingħand il-PM, żiedet tgħid, dan il-prinċipju mhux qed ikun dejjem segwit fil-prattika.

Newsbook.com.mt talab għal kjarifika mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali dwar il-każ, iżda l-mistoqsijiet li saru l-ġimgħa li għaddiet baqgħu mingħajr risposta. Madanakollu, wara li ġie ppubblikat l-artiklu, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Prinċipali bagħat dritt għar-risposta, li qed tiġi ppubblikata fl-intier tagħha hawn taħt:

Nirreferi għall-artiklu ‘Ħaddiema “vulnerabbli” maċ-ċivil tgħid li mhix titħalla taħdem mid-dar’ li deher fuq newsbook.com.mt nhar is-26 ta’ Awwissu.

Għal darb’oħra jrid jittenna dak li ntqal diversi drabi li mhux minnu li t-teleworking spiċċa minn mal-gvern.

Tant hu hekk li hemm direzzjoni ċara li talbiet għal teleworking m’għandhomx jiġu miċħuda mingħajr raġuni valida.

Tul dawn l-aħħar snin din l-amministrazzjoni mhux biss tista’ ttenni li ffaċilitat ferm, u aktar minn qatt qabel, il-miżuri ta’ bilanċ bejn il-familja u x-xogħol iżda, kif intqal pubblikament, qed isiru wkoll tħejjijiet biex ir-remote working jidħol aktar fil-qalba tal-proċessi governattivi.

Wieħed irid ifakkar li waħda mill-miżuri meħuda minn din l-amministrazzjoni fl-2013 kienet li fejn jidħlu miżuri simili, dawk it-talbiet li jiġu miċħuda jrid jagħti kont tagħhom il-kap tad-Dipartiment li jkun hu/hi li ħadhom.

Fl-aħħarnett, illum il-ġurnata l-uffiċjali pubbliċi għandhom one-stop-shop fejn ilmenti bħal dawn jistgħu jressquhom biex jiġu investigati u, jekk ikun il-każ, jingħata rimedju.

Dawn huma fatti magħrufa mal-ħaddiema tal-gvern u daqstant ieħor huma magħrufa r-rimedji.

Il-każ jista’ jiġi investigat jekk il-persuna msemmija fir-rapport tara li tieħu r-rimedju disponibbli għaliha.