Ħaddiema tas-Settur Pubbliku jingħataw taħriġ dwar il-karti tal-ewro

Iktar minn 300 impjegat tas-Settur Pubbliku ngħataw ċertifikati wara li temmew b’suċċess kors ta’ taħriġ dwar il-karti tal-flus ewro.
Dan biex huma jkunu jistgħu jimmaniġġjaw aħjar karti tal-flus, u jitgħallmu  jagħrfu karti awtentiċi minn dawk foloz mingħajr l-użu ta’ tagħmir elettroniku.
B’kollox, saru 12-il sessjoni separata fosthom tlieta f’Għawdex.
Il-kors sar mill-Bank Ċentrali ta’ Malta b’kollaborazzjoni tal-Financial Intelligence Analysis Unit u l-għajnuna tal-Ministeru tal-Finanzi.