Ħaddiema tal-Wasteserv fil-bajjiet biex jgħallmu lill-pubbliku

Tnieda proġett pilota fi tliet bajjiet li se jara li jkun hemm ħaddiema tal-Wasteserv jassistu fl-immaniġġjar tal-iskart f’żoni ta’ Natura 2000.
Il-Ministru għall-Ambjent, Josѐ Herrera, qal fi stqarrija li l-proġett se jniżżel lill-ħaddiema fil-bajjiet sabiex ikomplu jedukaw lin-nies dwar l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart billi jagħru huma l-ewwel eżempju.
Il-bajjiet li fihom se jiġi ttestjat dal-proġett huma Golden Bay, il-Bajja t’Għajn Tuffieħa u l-Bajja tal-Għadira.
Il-Ministru Herrera spjega li f’dawn it-tliet bajjiet se jkunu qegħdin jistazzjonaw ħaddiema tal-Wasteserv fejn xogħolhom se jkun li jduru l-bins tal-bajja u jiġbru l-iskart riċiklabbli li jintrema ħażin, kif ukoll jiġbru l-iskart li jintrema fir-ramel.
Se jkun hemm ukoll kelliema tal-Wasteserv li se jwasslu l-messaġġ li s-separazzjoni tal-iskart ma jsirx biss fid-djar.
Ritratt: DOI – Kevin Abela