Ħaddiema tal-port f’riskju li jitilfu xogħolhom – PD

Read in English.

Il-Partit Demokratiku qal li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-port huma differenti u dawk li m’humiex privileġġjati li jaħdmu part-time jew self-employed għandhom il-possibilità li jitilfu xogħolhom.

Il-PD sostna li l-Gvern reġa’ introduċa liġi li tippermetti li l-wild jiret ix-xogħol u dan jgħodd għall-ħaddiema li huma privileġġjati biss. Skont il-PD, l-oħrajn jirriskjaw li jitilfu xogħolhom ladarba dan il-wild jilħaq l-età u jidħol jaħdem ma’ missieru.

Il-PD qal ukoll li din mhix l-unika kundizzjoni li tmur kontra opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Hemm ukoll differenzi kbar fil-pagi u fil-leave li huma intitolati għalih.

Fi stqarrija, il-PD qal li aktar kmieni dan ix-xahar kienet ippreżentata mistoqsija parlamentari iżda r-risposta min-naħa tal-Gvern għadha ma ngħatatx.