Ħaddiema taċ-Ċentri tad-Detenzjoni feruti; Il-GWU b’appell

GWU / Facebook

Il-General Workers’ Union qalet li diversi ħaddiema li jaħdmu mal-immigranti fiċ-Ċentri tad-Detenzjoni ġew feruti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Fuq Facebook, fejn xerrdet ritratti tal-feriti, l-unjin għamlet appell sabiex issir ġustizzja ma’ dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom.

Hija żiedet tgħid li min ikkaġuna dawn il-feriti għandu jħallas ta’ għemilu għax “Ebda ħaddiem ma jmur fuq il-post tax-xogħol tiegħu biex jispiċċa vittma ta’ vjolenza.”

Diversi haddiema li jahdmu fic-centri tad-Detenzjoni regghu sfaw feruti waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Nappellaw…

Posted by GWU – Disciplined Forces, Security & Law Enforcement Officers Section on Wednesday, August 26, 2020