Ħaddiema ta’ Multi Packaging Ltd iħawlu siġra għal kull sena li ilha mwaqqfa l-kumpanija

Ħaddiema ta’ Multi Packaging Ltd illum ħawlu 50 siġra fil-Park tal-Familja, waħda għal kull sena li ilha mwaqqfa l-kumpanija. Dan sar biex jitfakkar il-50 anniversarju ta’ Multi Packaging Ltd tal-M Demajo Group.
Preżenti għaċ-ċelebrazzjoni ta’ dan l-anniversarju, attenda l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, li ngħaqad maċ-Chairman, Pierre Balzan Demajo, flimkien mal-maniġment u l-ħaddiema ta’ Multi Packaging Limited, li hi kumpanija sussidjarja tal-M. Demajo Group.
Il-kumpanija twaqqfet fis-sena 1965 bil-għan li timmanifattura l-corrugated board u l-corrugated cartons.
Il-Ministru Brincat radd ħajr lil din il-kumpanija għal dan il-ġest u qal li dan huwa eżempju ħaj ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva b’laqta ambjentali li jikkonferma li s-settur privat għandu għal qalbu l-ambjent daqs dak pubbliku u s-soċjetà ċivili nnifisha.