Ħaddiema ta’ Casa Leone jgawdu minn ftehim kollettiv ġdid

B'riżultat ta' ftehim kollettiv ġdid, ħaddiema tad-dar tal-Knisja għall-anzjani, Casa Leone XIII, se jibdew igawdu minn kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol, fosthom żidiet bl-arretrati fis-salarji u fix-shift allowances, u bonus bħala rikonoxximent għal servizz twil lejn id-Dar.
Il-ftehim kollettiv ġdid, li jkopri s-snin bejn l-2015 u l-2019, ġie ffirmat mis-Segretarju Amminstrattiv tal-Arċidjoċesi, Michael Pace Ross, u mill-President tal-Professionals and Services Employees Union (PSEU), Karmenu Vella.
Dan wara li ġie approvat mill-Kumitat Finanzjarju Djoċesan, ippresedut mill-Arċisqof Charles Scicluna.