Ħaddiema salvati wara 36 jum f’mina taħt l-art

Erba’ ħaddiema Ċiniżi, li jaħdmu fil-minjieri, ġew salvati wara 36 jum maqbuda taħt l-art.
L-irġiel, issa meħuda b’urġenza l-isptar, kienu nqabdu fil-minjiera wara li ċediet parti mis-saqaf.
B’kollox kienu 17 il-ħaddiema li nqabdu fil-mijiera, b’erba’ oħra salvati iktar kmieni u ħaddiem ikkonfermat mejjet.
Għadu mhux magħruf madankollu x’sar mill-bqija tal-ħaddiema.