Ħaddiema mħarrġa qabel iwettqu programm b’risq priġunieri

Sitt ħaddiema li se joffru servizz lill-priġunieri li jibdew programm ta’ ri-integrazzjoni soċjali, ingħataw taħriġ apposta fil-qasam psikoloġiku biex ikunu jistgħu jaqdu dmirhom aħjar.
Is-sitt ħaddiema huma l-koordinatur tal-programm, uffiċjal tal-impjiegi, residential support workers u uffiċjali korrettivi li se jgħinu lir-residenti f’Dar Sister Maria Adele Baldacchino fil-Belt Valletta, li hi d-dar residenzjali ġdida fil-komunità.
It-taħriġ sar mill-Fondazzjoni RISE u jinkludi metodi ta’ analiżi kif issaħħaħ il-karatteristiċi tajbin tar-residenti waqt li tindirizza, b’motivazzjoni u għajnuna, dawk il-karatteristiċi li jistgħu jkunu dgħajfa.
Ingaħta wkoll għarfien dwar kif jistgħu jgħinu iktar lir-residenti fl-iżvilupp personali tagħhom biex il-pjan ta’ kura li jsegwu fis-soċjetà jkun wieħed ta’ suċċess.
Il-Ministeru tal-Intern, Carmelo Abela, li qassam ċertifikati lill-ħaddiema, faħħar il-ħidma ma’ għaqdiet li, f’dan il-każ, qed twassal biex priġunieri jingħataw l-opportunità li jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza fil-qalba tas-soċjetà, qabel ma jerġgħu jirritornaw fiha.
Ritratt: John Pisani – MHAS