Jipprotestaw minħabba servizz ħażin u inċertezza

Wara aktar minn ġimgħa ta’ servizzi ħżiena u inċertezza politika, 200 protestant iltaqgħu quddiem Siba fl-Iraq fejn jiġi maħżun il-gass.

Il-postijiet ta’ fejn jinġabar iż-żejt ġew traskurati kemm mill-eks dittatur Saddam Hussein, kif ukoll mill-gvernijiet ta’ warajh u din il-protesta m’hix l-ewwel waħda.

Uffiċjali lokali qalu li d-demostrazzjonijiet m’affetwawx il-produzzjoni tal-gass. Kull tip ta’ tfixkil min naħa tal-protestanti jista’ jwassal għal tfixkil fl-ekonomija tal-pajjiż u żieda tal-prezzijiet taż-żejt b’mod globali.

Ir-rabja fost il-poplu qed tiżdied hekk kif il-politikanti qed jissaraw biex jiffurmaw gvern wara l-elezzjoni li kienet imtebba’ minn allegazzjonijiet ta’ frodi.