Ħaddiema f’Mater Dei jintalbu jħallsu biex jipparkjaw

Il-ħaddiema klerikali u tas-sigurtà li jaħdmu fl-isptar Mater Dei mal-kuntrattur mhux ikunu stmati daqs ħaddiema oħra li jagħmlu l-istess xogħol. Dan qalu l-moviment Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista waqt turija ta’ solidarjetà ma dawn il-ħaddiema.

Skont il-moviment, il-futur ta’ dawn il-ħaddiema huwa mhedded għax il-kuntrattur preżenti se jinbidel ma ieħor ġdid u kienu infurmati li se jkollhom jibdew iħallsu biex jipparkjaw fil-parkeġġ tal-isptar.

S’issa l-ħaddiema kienu qed jipparkjaw xejn iżda issa qed jintalbu jħallsu €47 fix-xahar biex jipparkjaw jew €564 f’sena.

Il-moviment qed isaqsi lill-Gvern il-għaliex dawn il-ħaddiema mhux qed ikunu stmati daqs il-bqija u għaliex ma kinux infurmati minn qabel b’dan it-tibdil. Kaġun ta’ dan, dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom se jkollhom iġorru dan il-piż ta’ spiża żejda.