Ħaddiema f’ċentru ta’ refuġjati fl-Iżvezja maqtula minn minorenni

Tfajla ta’ 15-il sena, li qed tfittex kenn politiku, ġiet arrestata fl-Iżvezja wara li allegatament kienet hi li tat daqqiet fatali b’sikkina lil ħaddiema f’ċentru ta’ refuġjati.
Il-Prim Ministru Żvediż żar iċ-ċentru, ftit sigħat biss wara l-qtil u esprima t-tħassib ta’ ħafna Żvediżi għan-numru kbir ta’ tfal u minuri li qed jaslu fil-pajjiż mingħajr ma jkunu akkumpanjati.
Il-vittma hi ħaddiema ta’ 22 sena, ta’ oriġini Libaniża, u mietet fl-isptar kaġun tal-feriti li ġarrbet.
Is-sena li għaddiet weħidha, l-Iżvezja laqgħet iktar minn 160,000 persuna li qed ifittxu l-kenn, 35,000 minnhom taħt l-età ta’ 18-il sena li kienu weħidhom.