​Ħaddiem tal-Identity Malta jammetti li ħa aktar minn €20,000

Ħaddiem tal-Identity Malta ammetta li ħa bejn €20,000 u €25,000 min fondi fil-Unit tal-Passaporti.
Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanzi qal li jirriżulta li meta t-tmexxija ta’ Identity Malta temmet proċess ta’ rikonċiljazzjoni, li jinkludi analiżi tal-irċevuti kollha maħruġa mill-Unit, kontra t-transazzjonijiet tad-depositi bankarji, instab li kien hemm diskrepanza fil-figuri.
Qal li sab fil-pussess ta’ impjegat responsabbli minn dawn it-transazzjonijiet irċevuti li kienu mbgħabsa.
Żied jgħid li l-ħaddiem offra li jrodd il-flus lura bil-kundizzjoni li ma jidħlux il-pulizija fil-każ.
Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli saħqet  li l-ebda abbuż mhu se jiġi ttollerat u għaddiet il-każ f’idejn il-pulizija.