Ħaddiem tal-Arriva li kien sospiż jiddaħħal lura għax-xogħol

Ħaddiem tal-Arriva li kien sospiż għax obda direttiva biex ma jsuqx xarabank li ma jkolliex arja kkundizzjonata, reġa’ sab postu x-xogħol.

Id-direttiva biex ma jsuqx vetturi tal-Arriva li ma jkollhom arja kkundizzjonata ġiet mill-General Workers Union. Kienet propju din l-istess union li fi stqarrija qalet li intervjeniet biex il-ħaddiem jerġa jitħalla jmur lura x-xogħol.

Il-GWU qalet li waqt waħda miż-żjarat fid-depots tal-Arriva, kien hemm numru ta’ ħaddiema li ssieħbu mal-istess union.

Wara l-laqghat li kellha dwar il-bendy-buses, il-GWU qed titlob laqgħat oħra mal-Management ta’ Arriva sabiex jiġu diskuss materji oħra li għadhom pendenti.