Ħaddiem ta’ mużew kien idaħħal fil-but flus tal-biljetti tad-dħul

Ħaddiem f’mużew immexxi minn Fondazzjoni Wirt Artna ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal erba’ xhur wara li ammetta li kien ħati li daħħal flus fil-but meta suppost dawn kienu tal-mużew għal biljetti mibjugħa.
Fuq medda ta’ żmien, ir-raġel daħħal €7,000 li suppost kienu tal-mużew.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli ordnatlu biex fi żmien sitt xhur iħallas is-somma dovuta.