Ħaddiem ta’ fabbrika tinqabadlu idu f’magna

Ħaddiem li jaħdem fil-fabbrika tal-Playmobil inqabditlu idu f'waħda mill-magni.
Skont informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, l-inċident seħħ fil-parti l-antika.
Jidher li l-persuna rnexxielha toħroġ idha mill-pressa.
X'aktarx il-ħaddiem qed isofri biss ġrieħi ħfief.
Fil-ħin tal-inċident inqala' ħafna paniku fil-post.
Jassistu lill-ħaddiem marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza.
Ritratt: Arkivji