Ħaddiem ta’ Clean Malta ferut waqt ix-xogħol; oġġetti jaqtgħu mormija

Facebook - Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division

Ħaddiem ta’ Clean Malta weġġa’ waqt li kien qiegħed fuq xogħol minħabba xi oġġetti li jaqtgħu li ġew mormija f’borża tal-iskart.

Fuq Facebook, Clean Malta qalet li “meta wieħed jiddisponi mill-iskart għandu jkun responsabbli ta’ għemilu”. Qalet li meta wieħed jarmi xi ħaġa fil-borża s-sewda l-periklu hemm se jkun anke jekk dan ma jkunx jidher. Ir-ritratt li tellgħu fuq il-paġna tagħhom juri lill-ħaddiem li qed jingħata l-ewwel għajnuna minn membri tar-Red Cross.

Clean Malta qalet li “meta nitolbu rispett ma nkunux qed nitolbu karità iżda dmir ta’ kull wieħed u waħda minnha.”

Meta nitolbu rispett ma nkunux qed nitolbu karità iżda dmir ta' kull wieħed u waħda minnha.. Meta wieħed jiddisponi…

Posted by Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division on Sunday, August 4, 2019