Ħaddiem gravi wara waqgħa f’sit tal-kostruzzjoni f’Tal-Ħandaq

Aġġornat 12:42 PM
Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Read in English.

Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ndarab f’sit tal-kostruzzjoni f’Tal-Ħandaq dalgħodu.

Dan ġara fit-8am fi Triq Sqaq iż-Żiemel fiż-żona Tal-Ħandaq f’Ħal Qormi.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-ħaddiem Pakistani waqa’ ġos-sit. Hu jinsab l-Isptar Mater Dei għall-kura.