Ħaddiem jitlef ħajtu fil-Port Ħieles

Aġġornat 07:42 AM
Freeport2

Read in English.

Raġel tilef ħajtu llum waranofsinhar waqt il-ħidma tiegħu fil-Freeport. Huwa tilef ħajtu traġikament fl-inċident li seħħ għall-ħabta tal-5pm. Ir-raġel kellu 36 sena u residenti Ħal Safi.

Fuq il-post waslet ambulanza u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li għenu biex jassisstu biex ir-raġel jinħareġ mill-post tal-inċident.

Diversi rapporti indikaw li kontejner waqa’ fuq il-kabina tal-lifter li kien fiha l-ħaddiem u għalhekk il-ħidma ta’ salvataġġ ħadet ftit tal-ħin.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli fuq Facebook esprimiet messaġġ ta’ kondoljanzi għall-qraba tal-vittma.

Aktar tard, il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.