Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular

CMRU

Read in English.

Ġuvni ta’ 16 – il sena mis-Sudan weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ sular.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kulleġġ, fil-Mosta għall-ħabta tlieta neqsin kwart meta l-ġuvni ndarab wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.