Ħaddiem jindarab f’hold-up fiż-Żejtun

Ħaddiem f’ħanut tal-logħob fiż-Żejtun indarab wara li ħalliel ħebb għalih b’sikkina.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11 fi Triq il-Ħerba fiż-Żejtun meta l-ħalliel, li kien liebes helmet, daħal fil-ħanut u ħebb għall-vittma ta' 21 sena.
Huwa ħarab minn fuq il-post b’mutur u b'ammont sostanzjali ta' flus.
Issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratt: Media Police