Ħaddiem jaqa’ sular ġo fabbrika fl-Imrieħel

Arkivji

Raġel ta’ 53 sena residenti l-Gudja lbieraħ waqa’ għoli ta’ madwar sular meta kien qed jagħmel xi xogħol ġo fabbrika fiż-żona industrijali tal-Imrieħel. Minkejja li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, fortunatament, ir-raġel ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-inċident ġara għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart tal-bieraħ filgħaxija fi Triq it-Tlieta ta’ Settembru, 1798.

Minnufih issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-ħaddiem lejn Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga.