Ħaddiem iweġġa’ gravi wara waqgħa f’Ħal Tarxien

Read in English.

Raġel ta’ 23 sena waqa’ m’għola sular meta kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f’Ħal Tarxien.

L-inċident seħħ għal ħata tad-9.30 ta’ filgħodu, meta r-raġel mill-Gambja waqa’ għoli sular minn sit tal-kostruzzjoni fi Triq Ganni Faurè.

Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.