Ħaddiem iweġġa’ gravi ġo fabbrika

Ħaddiem weġġa’ b’mod gravi ġo fabbrika għall-ħabta ta’ 12:00pm.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-każ seħħ fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi. Skont il-Pulizija r-raġel li għandu 40 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ wara li għeleb trailer meta “kien qiegħed jgħabbi xi xogħol” fuqu.
Huwa ttieħed l-isptar għall-kura.
Ritratt: Arkivji