Ħaddiem bi ġrieħi gravi wara li weġġa’ ġo barriera fin-Naxxar

Aġġornat 04:31 PM
Ambulanza-emergenza
Miguela Xuereb

Ħaddiem indarab hu u jaħdem ġo barriera fin-Naxxar u qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-12.15pm.

Ir-raġel ta’ 59 sena mill-Imġarr kien qed juża xi magna meta ntlaqat f’saqajh.

Issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei, fejn irriżulta li ġarrab ġrieħi gravi.