Ħaddiem iweġġa’ b’magna fiż-Żejtun

Raġel weġġa' gravi f'fabbrika fiż-Żona Industrijali ta' Bulebel fiż-Żejtun.
Kien għall-ħabta tal-4.15pm, li r-raġel ta' 60 sena mill-Fgura, sofra ġrieħi f'idejh ma' magna, waqt li kien qed jaħdem. 
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza.