Ħaddiem isofri ġrieħi gravi fil-Kalkara

Raġel ta’ 29 sena mill-Bangladesh u residenti San Pawl il-Baħar kien involut f’inċident fi Triq il-Ġir il-Kalkara.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li għall-ħabta tas-2.30pm, ġew infurmati li raġel Albaniż ta’ 46 sena, residenti San Pawl il-Baħar kien qed jimmanuvra gaffa li kienet qed tintuża għal-xogħlijiet fl-istess triq, ir-raġel ta’ 29 sena intlaqat mill-gaffa f’siequ waqt li kien qed jaħdem fl-istess sit u sofra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel u ttieħed fl-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza sabiex jingħata il-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.