Ħaddiem ieħor tal-Enemalta sospiż fuq serq ta’ dawl

Sospiż impjegat ieħor tal-Enemalta dwar allegat serq ta’ elettriku.
Dan qalu dalgħodu ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta Frederick Azzopardi waqt TVAM fuq l-istazzjon nazzjonali.
Din is-sospensjoni segwiet iż-żewġ impjegati l-oħra li l-Enemalta ssospendiet ilbieraħ sakemm jġu investigati mill-pulizija.
Jirriżulta li t-tielet impjegat ġie sospiż mill-istess investigazzjoni tal-pulizija.
Fis-sigħat li ġejjin it-tliet impjegati mistennija jitressqu l-Qorti.