Ħaddiem ieħor tal-Enemalta jammetti l-involviment fl-iskandlu tal-ismart meters

Ħaddiem ieħor tal-Enemalta llum ammetta quddiem il-Qorti li kien involut fit-tbagħbis fil-meters tad-dawl. Carmel Vella, ta’ 55 sena miż-Żejtun, ammetta li xxaħħam u ffroda lill-Enemalta b’madwar €3,000.

Huwa ma ngħatax il-liberta’ proviżorja filwaqt lis-sentenza se tinqata’ il-ġimgħa d-dieħla. Carmel Vella huwa t-tieni ħaddiem li qed jammetti l-involviment tiegħu fit-tbagħbis fl-ismart meters.

Fl-14 ta’ Frar li għadda, quddiem il-Qorti kien tressaq Paul Pantalleresco. Huwa ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammetta li bagħbas mal-250 meter tad-dawl.