Ħaddiem ieħor pożittiv għall-COVID-19 fi Skolasajf ta’ Ħal Luqa – UPE

Miguela Xuereb

L-unjin tal-għalliema UPE – Voice of the Workers qalet li kien hemm każ ieħor ta’ ħaddiem li rriżulta pożittiv għall-coronavirus fi Skolasajf ta’ Ħal Luqa.

Fuq Facebook l-UPE qalet li dan kien it-tieni każ fl-istess skola. Spjegat li llum il-play workers u ċ-child support workers kollha intalbu jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici żar l-iskola dalgħodu.

Bongu hbieb,Dalghodu zort l-Iskola Primarja ta' Hal Luqa fejn hemmhekk ghandna kemm childcare centre (Lelluxa) kif…

Posted by Owen Bonnici on Tuesday, July 28, 2020

L-unjin qalet li qed iqum tħassib fost il-membri tagħhom u fost il-ġenituri dwar rimarka ta’ Owen Bonnici li l-iskola hija sigura.

Ilbieraħ ġie rrapportat li membru tal-istaff ta’ Skolasajf instab pożittiv għall-coronavirus. Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn diversi sorsi differenti, fosthom persuni qrib l-awtoritajiet tas-saħħa. Is-sorsi spjegaw li parti mill-iskola tinsab magħluqa, filwaqt li hemm staff u tfal li jinsabu fi kwarantina u ntalbu jagħmlu l-iswab tests.