Ħaddiem gravi wara li waqa’ f’xaft f’sit ta’ kostruzzjoni

Ritratt: Arkivji

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fix-Xgħajra.

L-inċident seħħ fi Triq it-Torri ta’ Alof De Wignacourt fejn ir-raġel ta’ 44 sena residenti Birżebbuġia weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ filati ġo xaft.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.