Ħaddiem Għawdxi fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 42 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Munxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30am fi Triq San Xmun. Ir-raġel, li huwa resident San Lawrenz, kien qiegħed jagħmel xogħol fuq sellum meta waqa’ għoli ta’ madwar 14-il filata.

Fuq il-post issejħet ambulanza, fejn ħadet lir-raġel għal aktar kura ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-Pulizija qed tinvestiga.