Diversi organizzazzjonijiet qed jitolbu investigazzjoni dwar l-allegat abbuż verbali ta’ Alessandro Mangion, is-segretarju tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, fuq Sarah Clarke, il-Maniġer tal-Advokazija ta’ PEN International.
Dan allegatament ġara fil-laqgħa tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Kumpatt Globali tal-Migrazzjoni fil-Marrakesh fil-Marokk, fejn wara li Clarke, fil-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet Umani, ikkummentat fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Mangion insulentaha u għajjarha.
Following our conversation, @AbelaCarmelo’s advisor called me a “biased shithole.” This is an unacceptable reprisal against civil society engaging in Hunan rights advocacy at the #UnitedNations. I am reporting this to @GilmourUN
— Sarah Clarke (@Sarah_M_Clarke) December 10, 2018
Clarke semmiet lill-ġurnalista assassinata wara li l-Ministru Abela kien għamel diskorsu li fih qal li l-Gvern Malti jemmen fil-libertà tal-ħsieb u l-espressjoni bħala dritt universali, għaliex hu ma semmiex lill-ġurnalista u Clarke ħeġġitu biex jagħti sustanza għal dak li qal billi jiftaħ inkjesta pubblika fuq l-assassinju. Kien hawn li s-segretarju ta’ Abela għajjar lil Clarke.
Bosta għaqdiet u NGOs leħħnu d-dispjaċir tagħhom b’dan il-kumment u nuqqas ta’ rispett min-naħa tal-Ministeru Malti, fosthom il-European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF), l-Aditus Foundation, il-Committee to Protect Journalists (CPJ), il-European Federation of Journalists (EFJ), International Press Institute (IPI), Platform of the Human Rights Organisations in Malta (PHROM), SOS Malta u PEN International.
If @MaltaGov feels safe to behave with such aggression with impunity against international #humanrights activists at the .@globalcompact, just imagine what they are doing to #civilsociety in #Malta. They are completely unaccountable. #OhMyMalta https://t.co/gQIkcAIXKs
— Sarah Clarke (@Sarah_M_Clarke) December 10, 2018