Ħaddiem fi Skolasajf f’Tal-Pietà pożittiv għall-coronavirus – UPE

L-unjin tal-għalliema UPE – Voice of the Workers qalet li ħaddiem fi Skolasajf f’Tal-Pietà ħareġ pożittiv għall-coronavirus.

Fuq Facebook l-UPE ħeġġet lill-ħaddiema f’dik l-iskola biex jagħmlu swab test u biex jagħmlu self-isolation.

Intant is-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika qalet lit-TVM li l-każ huwa ta’ cleaner li ma kellu ebda kuntatt mat-tfal jew mal-għalliema.

L-UPE staqsiet jekk il-ħaddiem kienx liebes l-ilbies protettiv kollu kif suppost u jekk ġewx ikkontaminati oġġetti li jintużaw mill-edukaturi jew mit-tfal.