Aġġornata: Ħaddiem barrani jmut f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta

Raġel mil-Liberja tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni. Il-ħaddiem kellu 37 sena.

L-inċident seħħ aktar kmieni llum waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Pont, il-Mosta.  Huwa waqa' għoli ta' madwar tliet sulari.