Ħadd mis-738 spezzjonati ma kiser il-kwarantina

Ħadd mis-738 persuna li ġew spezzjonati fl-aħħar 24 siegħa ma kisru l-kwarantina obbligatorja.

Il-Gvern ħabbar dan fil-bullettin dwar l-imxija tal-coronavirus li ġie ppubblikat it-Tlieta filgħaxija. Fl-istess bullettin intqal li 27 persuna ġew immultati €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi. Dan skont l-Avviż Legali li kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.

Il-Gvern ħeġġeġ biex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn