Irriżenja, ħadd mhu ikbar mill-partit – MŻPN

Isejħu għar-riżenja ta' Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista sejjaħ għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn Kap tal-Partit Nazzjonalista wara r-riżultat tal-bieraħ u r-reazzjoni tiegħu għar-riżultat.

L-MZPN qal li l-pożizzjoni ta’ Adrian Delia m’għadhiex tenibli minħabba li bi kliemu qed jiżgwida lill-midja u lill-partit dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ nies li m’hux denji li jkollok relazzjoni magħhom.

L-MZPN qal li wara l-vot tal-bieraħ, Delia ma jistax f’ nifs jikkwota kredenzjali demokratiċi u f’nifs ieħor jinjorahom.

Fil-post tagħhom fuq Facebook, l-MZPN saħaq li ħadd mhu ikbar mill-Partit.