Aġġornata: Ħadd mhu fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiiku

Raġel ta’ 34 sena sofra ġrieħi gravi wara li karozza u vann kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-10.45 a.m. fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta r-raġel ta’ 34 sena miż-Żurrieq għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u kellu ħabta mas-central strip u ma’ vann li kien misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-karozza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi, iżda b’ xorti tajba ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.