Terremot fl-Italja; ħadd ma weġġa’

Earthquake

Terremot li kellu l-epiċentru tiegħu bejn ir-reġjun tal-Aquila u Forsinione u li kien jitkejjel 4.4 fuq l-iskala Richter inħass ilbieraħ filgħaxija.

Dan it-terremot inħass f’parijiet oħra tal-Italja, fosthom f’Ruma u Napli.

L-epiċentru tat-terremot kien bejn Balsorano fl-Aquila u Pescosolido fi Frosinone.

Għal xi ħin ġew sospiżi s-servizzi ferrovarji fuq numru ta’ linji.