Ħadd ma ndarab wara li dalgħodu waqgħet fergħa ta’ siġra fuq karozza f’Ħal Balzan.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt. Hu spjega li l-inċident seħħ fi Triq il-Wied, Ħal Balzan għall-ħabta tat-8am.
Fuq il-post issejħu kemm il-Pulizija kif ukoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.